“Is-Saċerdozju hu l-imħabba tal-Qalb ta’ Ġesù”

San Ġwann Marija Vianney

Xi Attivitajiet għas-Sena Saċerdotali

Irtir tax-xahar

Minn Ottubru, se jibda jiġi organizzat irtir kull xahar miftuħ għas-saċerdoti kollha. Dawn l-irtiri jkunu bejn id-9.30 a.m. u l-11.30 a.m. Dettalji jingħataw iżjed ’il quddiem. Id-data ta’ dawn l-irtiri huma:

It-Tlieta:

  • 6 ta’ Ottubru 2009
  • 3 ta’ Novembru
  • 1 ta’ Diċembru
  • 5 ta’ Jannar 2010
  • 2 ta’ Frar
  • 2 ta’ Marzu
  • 6 ta’ April
  • 4 ta’ Mejju
  • 1 ta’ Ġunju

Ġranet għas-saċerdoti tal-Unità

Se jiġi organizzat matul is-sena Jum ta’ Fraternità saċerdotali għas-saċerdoti ta’ kull Unità. ’Il quddiem kull saċerdot jirċievi l-istedina tad-dettalji. Imma hu importanti li s-saċerdoti kollha jħossu d-dmir li jattendu fil-jum tal-Unità tagħhom.

Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni

F’dawn iż-żewġ attivitajiet ikun hemm id-disponibbiltà ta’ saċerdoti għaċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.

Kors ta’ Direzzjoni Spiritwali

Mid-9 sal-11 ta’ Settembru se jsir kors għas-saċerdoti dwar id-direzzjoni spiritwali. Dan se jsir fit-tliet nofs ta’ nhari filgħodu (mid-9.15 a.m. sal-12.15 p.m.).

Ħsibijiet għal matul is-sena

Hawn għad-disponibbiltà tas-saċerdoti Kalendarju bi ħsibijiet kuljum dwar is-saċerdot bit-Taljan (Edizzjoni Citta Nuova).

Qed jiġi ppreparat ukoll wieħed bi ħsibijiet bil-Malti

Pellegrinaġġ

Nittamaw li ’l quddiem jitħabbru wkoll dettalji dwar pellegrinaġġ fejn, fost postijiet oħra, imorru Ars u Lisieux. Hu ttamat ukoll li nkunu nistgħu nieħdu sehem flimkien fl-egħluq tas-sena f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 2010.

From the letter of Cardinal Claudio Cardinal Hummes, Prefect of the Congregation for the Clergy, sent to priests around the world, ahead of the start of the World Year of Priests.

“It must be a year that is both positive and forward looking in which the Church says to her priests above all, but also to all the Faithful and to wider society by means of the mass media, that she is proud of her priests, loves them, honours them, admires them and that she recognises with gratitude their pastoral work and the witness of their life.”

“God will undoubtely bless with great love this undertaking; and the Blessed Virgin Mary, Queen of the Clergy, will pray for each of you, dear priests.”

Riżorsi

Agħfas hawn biex tniżżel id-diskors ta’ Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena tas-saċerdoti.