Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Silvana Cardona qalet li meta nagħrfu x’inhuma t-talenti tagħha u noffruhom b’mod ġeneruż lill-oħrajn, inkunu qed nagħtu sens ta’ tama u mħabba lil ħaddieħor.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Reuben Gauci u Silvana Cardona. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 25, 14-30
Resaq ukoll dak li kien ħa talent wieħed, u qal: “Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx. Bżajt, u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art: hawn, ara, għandek dak li hu tiegħek”. Qabeż is-sinjur u qallu: “Qaddej ħażin u għażżien, kont taf li jien naħsad fejn ma żrajtx u niġbor fejn ma xerridtx. Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex, meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax. Ħudulu mela t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.”
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar