Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Ian Borg tkellem dwar l-esperjenza tiegħu tas-sejħa bħala membru fil-Museum fejn iħoss li Alla ħawlu f’din is-Soċjetà.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Ian Borg u Luca Fenech. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 6, 12-19
Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: … Imbagħad niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar