Fis-seminar li sar nhar l-24 ta’ Ottubru, 2009, fl-Istitut Kattoliku fil-preżenza ta’ Mons. Arċisqof Pawl Cremona, OP u ta’ diversi mistiedna flimkien ma’ numru tassew sabih ta’ Operaturi Pastorali, Sr.Alexandra Chircop, flimkien mat-Tim taghha f’isem is-Segretarjat għall-Katekeżi ppreżentat Dokument dwar ir-realta` tal-adolexxenti f’Malta mill-perspettiva tal-formazzjoni reliġjuża tagħhom barra l-ambjent skolastiku. Dan id-dokument huwa frott ta’ konsultazzjoni wiesa’ mal-adolexxenti u ma’ bosta nies li b’mod dirett u indirett huma involuti mal-adolexxenti. F’dan id-dokument huma nklużi l-Viżjoni, il-Missjoni u Pjan ta’ Ħidma li s- Segretarjat qiegħed jipproponi li jwettaq mal-adolexxenti f’diversi ambjenti, mal-ġenituri u mal-Operaturi Pastorali.
Flimkien ma’ din il-preżentazzjoni ġie wkoll ippreżentat Programm Organiku u ieħor ta’ Organizzazzjoni Tematika li joffri itinerarju ta’ akkumpanjament kateketiku li jista’ jintuża fil-laqgħat mal-adolexxenti.
Kemm id-Dokument kif ukoll l-Itinerarju Kateketiku, huma in process and in progress hekk nibqgħu Knisja aġġornata skont is-sinjali taż-żmenijiet.
Kemm id-dokument kif wkoll il-materjal kollu sa jkun fuq il-website ufficjali tas- Segretarjat għall-Katekeżi fil-futur qrib.
Ħajr lil Fr. René Camilleri – Delegat għall-Katekeżi, tad-direzzjoni, sapport u inkoraġġiment li joffrilna, ħajr ukoll lit-Tim kollu tas-sezzjoni Adolexxenti fi ħdan is-Segretarjat, nirringrazzjaw ukoll lill-Operaturi Pastorali tal-prezenza u tal-kontribut siewi tagħhom.
Artiklu miktub minn Sr Alexandra Chircop