L-IVF sar wieħed mir-realtajiet kbar fost il-koppji li jkunu jixtiequ tarbija. Fl-2012 daħlet il-liġi tal-IVF u wara ġiet emendata fl-2018. Minn dak iż-żmien ħafna koppji li kienu għadhom bla tfal u li kellhom xewqa kbira li jkollhom tarbija, bdew jaraw din il-liġi bħala bidu ta’ vjaġġ ta’ tama li jkunu huma wkoll ġenituri.
X’hemm marbut ma’ dan il-vjaġġ? X’sagrifiċċji jridu jgħaddu minnu dawn il-koppji? Hemm għarfien biżżejjed għal min irid jimbarka f’dan il-vjaġġ? X’għajnuna qed tingħata lil dawk li jixtiequ jibdew dan il-vjaġġ? X’support jista’ jingħata? X’inhuma id-dilemmi, il-biżgħat, u d-deċijonijiet qabel, waqt u wara dan il-vjaġġ? X’tgħid l-antropoloġija Nisranija dwar dan il-vjaġġ?
Dawn se jkunu il-bażi ta’ riflessjoni waqt seminar organizzat mill-Moviment ta’ Kana flimkien mal-Cana Therapeutic Foundation Support Services. Dan se jsir nhar is-Sibt 22 ta’ Jannar fl-Istitut Kattoliku bejn id-9am u s-12:45pm. Il-membri fil-panel għal dan is-seminar se jkunu Simone Attard mill-Embryo Protection Authority; Dr Michael Axiaq u Rev. Prof. Dr Emmanuel Agius. Dan is-seminar miftuħ għal kulħadd speċjalment il-kappillani, il-koppji mexxejja tal-Kors ta’ Kana u counsellors.
Il-parteċipanti għandhom jibbukkjaw billi jibagħtu fuq [email protected]; [email protected] jew iċemplu 22238000, 79014827, 79011435. Bookings għandhom isiru sal-Ħamis 20 ta’ Jannar 2022. Biex jinżammu l-protokolli kollha mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, dawk li se jipparteċipaw għas-seminar għandhom jippreżentaw ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19.