Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Daniela Borg qalet li aħna mhux imsejħin biex nibqgħu dejjem komdi u newtrali, iżda xi drabi jkun hemm bżonn li mmorru anki fl-iskumdità.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Josef Mifsud u Daniela Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skond San Luqa – Lq 11: 27-28
Waqt li Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies kien hemm waħda mara li refgħet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma, tassew, aktar hienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jħarsuha!”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar