Qatt ħsibt dwar il-kuntrast li hemm bejn il-bidu u t-tmiem tal-Velja tal-Għid il-Kbir? Id-dawl u d-dlam. Is-skiet u l-kant ta’ tifħir. L-istennija u t-tgawdija. Il-mewt u l-ħajja. Ilkoll kuntrasti li jħeġġuna nittamaw li dak li hu skur fil-ħajja m’għandux l-aħħar kelma. Xi jġegħilni nkanta? Xi jġegħilni ngħix u nittama?
Din hija serje ta’ riflessjonijiet bi preparazzjoni għall-ġesti li se nkunu qed niċċelebraw fil-knejjes tagħna fi triqitna lejn il-festa tal-Għid.




