Fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira ma nistgħux ma nosservawx differenzi fil-laqgħa tagħna bħala Knisja: in-nuqqas ta’ kant, talb li s-soltu ngħidu ma jingħadx, u ġesti partikulari mis-saċerdoti li mhux spiss naraw. Fin-nuqqas tal-għeżież tagħna, il-ħajja bħal donnu ma nesperjenzawhiex bħal qabel. Xi jfissru dawn il-ġesti hekk kif niftakru fin-nuqqas tal-egħżeż li għandna u li qatt kellna?
Din hija serje ta’ riflessjonijiet bi preparazzjoni għall-ġesti li se nkunu qed niċċelebraw fil-knejjes tagħna fi triqitna lejn il-festa tal-Għid.




