• 

     

  • Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

    Din tibda fil-5:00p.m. b’mixja ta’ fidi minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn titkanta t-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, Mons. Arċisqof ser jagħmel ir-riflessjoni tiegħu f’din il-festa importanti għall-Insara u wara jagħti l-Barka Sagramentali.