Filmed and edited by: Miguela Xuereb; interview: Maria Emma Buhagiar

Id-djaknu Jesmond Schembri li nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2026 se jiġi ordnat qassis tal-Knisja Griega Kattolika stqarr ma’ Newsbook Malta li ħafna nies jitħawdu meta jaraw realtà bħal tiegħu. Dan għaliex ir-Rev. Schembri apparti li huwa djaknu, huwa wkoll raġel miżżewweġ, missier ta’ żewġt ulied u nannu ta’ żewġ neputijiet.

F’intervista esklussiva, id-djaknu ma jispjegax biss id-differenzi esterjuri bejn qassis ċelibi u qassis miżżewweġ, iżda differenzi oħra li ma jidhrux daqstant.

Ir-Rev. Schembri li għandu 59 sena u mwieled is-Siġġiewi, huwa wkoll id-Direttur tal-Kummissjoni Migranti.

Ma’ Newsbook Malta jispjega r-realtajiet differenti tad-dinja u b’liema mod il-Knisja Kattolika twieġeb għall-bżonnijiet tal-poplu fil-kuntest li jinsabu fih.

Fl-intervista jiżvela x’kien li qanqal interess u kurżità fir-Rit Biżantin, kif ukoll il-proċess li għaddew minnu bħala familja sabiex ikun jista’ jiġi ordnat qassis.

L-ordinazzjoni presbiterali se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar fid-9:30am ippreseduta mill-Isqof Benedittin Manuel Nin i Güell, l-Eżarka ta’ Grottaferrata, fil-preżenza tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Knisja ta’ San Nikola ta’ Mira fil-Belt Valletta.

L-intervista sħiħa se tiġi ppubblikata l-għada t-Tlieta 9 ta’ Frar 2026.

Source: Newsbook.com.mt