-
Volunteers’ Homecoming 2013
-
Il-Ħamis 26 ta’ Settembru – Arċisqof Pawl Cremona jilqa’ lura lill-voluntiera żgħażagħ li qattgħu is-sajf tagħhom f’ħidma missjunarja, Malta u barra.
Din is-sena, aktar minn 500 żgħażagħ ipparteċipaw fi proġetti ta’ volontarjat fi 13-il pajjiż differenti: fl-Asja, Afrika, Ewropa u Amerika Latina. Il-voluntiera rċivew il-mandat uffiċjali minn Arċisqof Cremona, qabel ma bdew il-missjonijiet tagħhom, aktar kmieni f’Ġunju.
L-avveniment tal-Homecoming huwa appuntament annwali fejn iż-żgħażagħ jaqsmu mal-Arċisqof u ma’ xulxin l-ispirtu u l-esperjenzi tal-missjonijiet rispettivi.
L-okkażżjoni, din is-sena, qed tiġi ppreparata mill-YouthFellowship bil-kordinazzjoni tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.