Kull erba snin id-dilettanti tal-futbol jistennew b’ħerqa kbira it-Tazza tad-Dinja, imsejħa l-akbar spettaklu tat-televizjoni. Il-futbol pero’, aktar milli jkun biss spettaklu għandu missjoni x’jaqdi, għaliex permezz tiegħu ż-żgħażagħ li jħobbuh u jippratikawh jistgħu isiru persuni aħjar jekk jgħixu l-valuri li joffri.
Għal dan il-għan, is-Segretarjat għall-Katekezi tal-Knisja f’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Youth Football Association, qed jorganizzaw seminar bit-tema: TAZZA TAD-DINJA 2010 – IL-VALURI Fl-ISPORTS. Dan se jsir nhar is-Sibt, 12 ta’ Ġunju, 2010, bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar, fil-ballroom tal-lukanda Phoenicia, Floriana.
Dan is-Seminar se jsir taħt il-Patroċinju u bis-sehem tal-President ta’ Malta, Dr George Abela. Il-kelliema se jkunu Fr.Rene’ Camilleri, is-Sur Lino Spiteri, s-Sur Carmel Busuttil u Fr. Hilary Tagliaferro.
Dan is-seminar hu prinċipalment indirizzat għal kowcis kollha Maltin l-aktar dawk li jaħdmu fin-Nurseries u għall-amministraturi tal-istess nurseries.