• Vacant places in Church Schools in Second Year Kindergarten​

  • F’Novembru 2013 saru l-applikazzjonijiet skont l-Ewwel Kriterju għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Settembru 2014, għas-sena skolastika 2014-2015. Hawn taħt se nagħtu rendikont ta’ kemm applikaw u kemm baqa’ postijiet vakanti għat-Tieni Sena Kindergarten.

    It-Tieni Sena Kindergarten Subien
    Din is-sena ġie ntrodott il-kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi għal tfal li meta huma jew il-ġenituri tagħhom ġew Malta applikaw għall-ażil (refuġjati) u qed jiġu riżervati żewġ postijiet għal dawn it-tfal.

    Għat-tieni sena kindergarten subien kellna dan it-total ta’ applikanti:
     Kriterju Applikanti
    1b Aħwa 31
    1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 4
    1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 2
    Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 5
    Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju subien 42
    It-total ta’ applikanti huwa ta’ 42. Żewġ applikanti (1d) u wieħed mit-tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi talbu trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni. Għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati minnhom ma jitnaqqasx mit-total ta’ postijiet vakanti għaliex filwaqt li dawn se jokkupaw post fi skola, iħallu post vakant fl-iskola fejn kienu jattendu. Mela t-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ 42 – 3 = 39. Ma’ dawn il-postijiet għandhom jiżdiedu il-postijiet riżervati għal tfal refuġjati u għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ wieħed u erbgħin (41) post.

    It-total ta’ postijiet vakanti għat-tieni sena kindergarten subien huwa ta’ mija u sebgħa (107) postijiet. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (41) mit-total ta’ postijiet vakanti (107), dan iħalli total ta’ sitta u sittin (66) post vakant.

    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.

    Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.

    Għandna wkoll applikazzjoni għal Transfer bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni, għal skola li bħalissa ma għandhiex post vakant. Jekk jinħoloq post vakant fl-iskola rilevanti l-applikant jinkiteb fiha.

    It-Tieni Sena Kindergarten Bniet
    Din is-sena ġie ntrodott il-kriterju ta’ Każijiet Umanitarji Gravi għal tfal li meta huma jew il-ġenituri tagħhom ġew Malta applikaw għall-ażil (refuġjati) u qed jiġu riżervati tlett postijiet għal dawn it-tfal.

    Għat-tieni sena kindergarten bniet kellna dan it-total ta’ applikanti:
    Kriterju Applikanti
    1b Aħwa 107
    1ċ Tfal ta’ Impjegati fi skejjel tal-Knisja 14
    1d Trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni 5
    Tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi 4
    Total ta’ applikanti tal-ewwel kriterju bniet 130
    Ħames applikanti (1d) u waħda mit-tfal tal-ewwel kriterju li applikaw bħala Każijiet Umanitarji Gravi talbu trasferiment bejn skejjel tal-istess kongregazzjoni. Mill-ħames applikanti (1d) waħda tista’ tkun minn Għawdex. Għalhekk, ħlief dik ta’ Għawdex, it-total ta’ postijiet okkupati minnhom ma jitnaqqasx mit-total ta’ postijiet vakanti għaliex filwaqt li dawn se jokkupaw post fi skola, iħallu post vakant fl-iskola fejn kienu jattendu. Mela t-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ 130 – 5 = 125. Ma’ dawn il-postijiet għandhom jiżdiedu il-postijiet riżervati għal tfal refuġjati u għalhekk it-total ta’ postijiet okkupati huwa ta’ mija, tmienja u għoxrin (128) post.

    It-total ta’ postijiet vakanti għat-tieni sena kindergarten bniet huwa ta’ mitejn u tmenin (280) post. Meta nnaqqsu n-numru ta’ postijiet okkupati (128) mit-total ta’ postijiet vakanti (280), dan iħalli total ta’ mija, tnejn u ħamsin (152) post vakant.

    Infakkru li jiġu aċċettati xi każijiet umanitarji gravi skont it-tielet kriterju, għalhekk it-total ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos. Peress li għadu ma tlestiex il-proċess ta’ tqassim tal-każijiet umanitarji tal-ewwel kriterju, ma nistgħux niddeterminaw kemm se jkun hemm postijiet vakanti għal każijiet umanitarji gravi tat-tielet kriterju.

    Ukoll fost l-applikanti oħra jkun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena jew għal snin tad-dħul differenti (Para. 3.1). Meta wieħed/waħda minn dawn l-aħwa tirreġistra fi skola, iż-żgħir/a j/tikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jerġa’ jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa.
    Għandna wkoll żewġ applikazzjonijiet għal skejjel li bħalissa ma għandhomx postijiet vakanti. Jekk jinħolqu postijiet vakanti fl-iskejjel rilevanti l-applikanti jinkitbu fihom.

    Konklużjoni

    Minkejja l-attenzjoni kollha sabiex il-figuri maħruġin ikunu korretti jistgħu jirriżultaw xi ineżattezzi minħabba ċirkustanzi li ma għandniex kontrol fuqhom. Fi ftit każijiet għad jonqos xi dokumentazzjoni li għad trid tiġi preżentata. Għalhekk jista jirriżulta xi tibdil fin-numri ta’ postijiet vakanti. Jekk jiġri dan, il-Bord tad-Dħul jinforma lil dawk kollha konċernati.

    Il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja