-
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella lill-pubbliku, b’mod speċjali min għandu demm tat-tip O positive, sabiex imur jagħti d-demm mill-aktar fis possibbli.
Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa mit-8am sas-6pm.
Importanti li min se jagħti d-demm jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn fuq www.blood.gov.mt. Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew 80074313.