-
-
***
Direttur: Ken Scott
Atturi: Vince Vaughn, Tom Wilkinson, Dave Franco, Sienna Miller
Ħin: 91 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 18
Dan Trunkman, sales manager ma’ ditta kbira, huwa bniedem ambizzjuż imma jiddejjaq jiġi stmat ħażin mill-kap tiegħu, mara jisimha Chuck Portnoy. Għalhekk jitlaq mix-xogħol tiegħu u jwaqqaf kumpanija oħra rivali, bil-ħsieb li jisraq lil Chuck l-ikbar klijent tagħha. Iċ-ċans li Dan jilħaq l-għan tiegħu huwa żgħir għax jirnexxilu isieħeb miegħu fil-kumpanija li waqqaf tnejn minn nies biss: Tim McWinters, li wasal biex joħroġ bil-pensjoni u li xejn mhu kuntent biż-żwieġ tiegħu, u Mike Pancake, żgħażugħ li moħħu ma’ jtiħx u bla esperjenza fl-industrija. L-għan ta’ Dan u sħabu huwa li jakkwistaw kuntratt kbir ma’ ditta mmexxija minn Bill Whilmsley u Jim Spinch. Biex jakkwistaw dan il-kuntratt jivvjaġġaw minn St. Louis għal Portland għal Maine u mbagħad għal Berlin. Huma jaslu l-Ġermanja waqt tlett avvenimenti kbar, il-laqgħa tal-G8, l-Oktoberfest, u l-Gay Rights Parade, u ma jsibux lukanda fejn joqgħodu. Dan iżomm kuntatt ma’ martu u jċempel ż-żewġt itfal tiegħu, Paul u Bess; Paul ikun għaddej minn żmien ħażin għax ikun qed jiġi ibbuljat fuq l-internet. Lil uliedu jagħtihom pariri ħżiena.
Film kummiedja, bi script u djalogu fqir ħafna. Fih atturi tajbin imma l-iscript itellifhom li joħorġu l-ħiliet tagħhom. Fih kontenut sesswali qawwi u nudita’, teħid ta’ droga, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.