• ***


    Direttur
    : Angelina Jolie
    Atturi: Jack O’Connell, Damhnall Gleeson, Miyavi, Garrett Hedlund, Finn Wittrock, Jai Courtney, Luke Treadaway, Travis Jeffery u John Patrick Smith
    Ħin tal-Film: 137 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Il-bidu tal-film jeħodna fis sena 1943 meta il-protoganist tal-film, Louis Zamperini, flimkien mal-ekwipaġġ ta’ ajruplan B-24, itemmu b’miraklu l-missjoni li kellhom fl-Oċean Paċifiku meta l-ajruplan  li kienu fuqu ħelisha ħafif u għalkemm milqut kemm il-darba rrnexxielu jinżel f’ Hawai. Louis u sħabu ma damux ma ntalbu biex jerġgħu mmorru  għall-missjoni oħra din id-darba fit-tfittxija għall-ajruplan li kien maħsub mitluf.  Hawn il-film jeħodna fil-flexbek ta’ meta Louis kien għadu daqsxejn ta’ tifel. Bħala tifel, spiss kien jiġi bbuljat minn tfal oħra minħabba li  kien iben ta’ emigranti Taljani. Dawn il-ġrajjiet kien qiegħed  ikollhom konsegwenzi negativi fuq Louis. Kellu jkun ħuh Piet, li ġabu f’postu meta għenu biex jiskopri  talent kbir għal ġiri. Tant hu hekk, li Louis intgħażel biex jiġri għall-Istati Uniti tal-Amerika, fl-Olimpjadi ta’ Berlin tal-1936. Fil-Gwerra li kellha tfaqqa’ ftit wara dawn l-Olimpjadi, issa  nsibu lil Louis jagħmel parti mill-Forza tal-Ajru  Amerikana fil-Paċifiku u l-ajruplan li ntabgħat biex ifittex ajruplan iehor mitluf jispiċċa mġarraf fil-baħar. Kienu Louis, Phil u Mac li ħelsuha ħafif u għal 48 jum kellhom igħixu fuq ċatra  sakemm sfaw pruġunieri tal-gwerra f’idejn il-Ġappuniżi.  Iż-żmien li Louis għadda fil-kamp ta’ konċentrament ma kienx faċli għaliex kellu jiġi wiċċ imbwiċċ ma’ Kurunell  Waltanbe li xejn ma kien jitrattah tajjeb. Għal ħafna ħin tal-film, nassistu għal  torturi  li Louis kien suġġett għalihom u dawn ħraxu  iktar meta Waltanbe ssir jaf li darba Louis kien atleta Amerikan  li ppreżenta lill-pajjiżu  fl-Olimpjadi ta’ Berlin. Kif sejjer isalva f’din il-qagħda imwegħra. X’jiġri minnu?   Min kien Louis Zamperini? 

    Film drammatiku Amerikan, msejjes fuq storja vera ta’ Louis Zamperini li miet din is-sena. Il-film hu bbażat minn ktieb, miktub minn Laura Hillenbrand: Unbroken: A World War II Story of Survival, Resilience and Redemption. Hi ħasra li d-Direttur tal-film,  Jolie Angelie ma żvillupat  xejn ta’ x’ġara wara li Louis inħeles u kif dan il-bniedem ta’ reżistenza kbira u li sofra tant,  kellu l-ħila li jaħfer lil dak li tant ittorturah u ttrattah tant ħażin. Minħabba vjolenza, tortura u kliem goff, ikun  tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-tmintax –il sena.