Bla dubju unanimi erba’ Membri Parlamentari fil-pożizzjoni tagħhom kontra d-divorzju u l-mentalità divorzista li dan iġib miegħu kemm-il darba jsir liġi fil-pajjiż. Qablu wkoll dwar id-diversi effetti negattivi li d-divorzju jista’ jkollu fuq il-pajjiż u l-familja, bħalma hu l-impatt li dan ikollu fuq l-ekonomija tal-pajjiż, u l-bidla li jġib fuq il-konċett li ż-żwieġ hu għal dejjem.

Esprimew ukoll il-fehma li d-divorzju mhux talli mhux soluzzjoni għall-problemi tal-familji mkissra, imma għall-kuntrarju, joħloq aktar problemi soċjali milli jsolvi. Fuq kollox l-erba’ politiċi stqarru li jemmnu li l-ġid komuni għandu jiġi fuq kull ġid ieħor, u sostnew li huma kienu se jivvotaw kontra d-dħul tad-divorzju anki għaliex jemmnu fil-valuri Insara u għaliex huma jikkunsidraw il-ġid komuni bħala prijorità.

Is-Segretarju Parlamentari Dr Jason Azzopardi, id-Deputat Nazzjonalista Charlò Bonnici, id-Deputati Laburisti Carmelo Abela u Dr Marie Louise Coleiro Preca lkoll tkellmu ilbieraħ dwar id-divorzju u problemi oħra relatati waqt attività organizzata mill-Moviment Żwieġ Bla Divorzju f’lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-laqgħa pubblika tmexxiet minn Dr Simone Borg, lecturer fil-Liġi Ambjentali fl-Università ta’ Malta.

AGĦfAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com