Vatican News

Hekk kif għada l-Knisja f’Malta flimkien ma’ 8 pajjiżi oħra minn madwar id-dinja tiċċelebra t-Tifkira tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri, bosta parroċċi u knejjes illejla se jkunu qed iħejju mumenti ta’ talb.

Bosta qassisin madwar Malta se jkunu fil-knejjes disponibbli għall-qrar sabiex iwasslu l-imħabba u l-ħniena li jrid jgħaddi Alla permezz tas-sagrament u l-ministri tiegħu.

Il-Knisja tħeġġeġ lill-imgħammdin kollha sabiex filwaqt li jieħdu sehem fl-Ewkaristija minn tal-inqas fil-jum tal-Ħadd, tagħmel sejħa partikolari biex wieħed jiffrekwenta s-sagrament tar-rikonċiljazzajoni, liema sagrament il-Papa Franġisku jsejjaħlu bħala “s-sagrament tal-ferħ” hekk kif permezz tiegħu wieħed jerġa’ jsir ħaġa waħda mal-Missier.

LokalitàParroċċa/KnisjaQrar/Velja
BiżebbuġaKnisja ParrokkjaliQrar: 6pm-8pm
Fleur-de-LysKnisja ParrokkjaliQrar: 7:00pm
GwardamanġaKnisja ParrokkjaliQrar: 5:00pm-9:00pm
Ħad-DingliKnisja ParrokkjaliQrar: 6.30am-7.30am; 5.45pm-6.30pm
Ħal BalzanKnisja ParrokkjaliQrar: 5pm ‘il quddiem
Ħaż-ŻabbarKnisja ParrokkjaliQuddiesa: 6:30pm
Adorazzjoni: 7pm
Qrar: 8pm-9pm
Ħaż-ŻebbuġKnisja ParrokkjaliQrar: 5:45pm ‘il quddiem
Il-Belt VallettaBażilika tal-Madonna tal-KarmnuQrar: 6:30pm ‘il quddiem
Il-Belt VallettaSan FranġiskQrar: 7am-12:00pm; 5pm-6pm
Il-FguraKnisja ParrokkjaliQrar waqt il-quddies u bejn il-quddies
Il-MarsaMarija ReġinaQrar: 7pm-8:30pm
In-NaxxarKnisja ParrokkjaliQrar: 5:30pm ‘il quddiem
Is-SiġġiewiKnisja ParrokkjaliQrar: 6:30pm-8pm
Is-SwatarKnisja ParrokkjaliQrar: 5pm-7pm
Tal-IbraġKnisja ParrokkjaliAdorazzjoni u Ċelebrazzjoni Penitenzjali
L-IklinKnisja ParrokkjaliQrar u Ċelebrazzjoni Marjana: 6:40pm
L-ImsidaKnisja ParrokkjaliQrar: 7:00pm ‘il quddiem
PembrokeKnisja ParrokkjaliVelja u Qrar: 7:00pm-8:30pm
Raħal ĠdidKristu ReQrar: 7-11am; 6pm-8pm
Santa VeneraKnisja ParrokkjaliQrar: 7:00pm ‘il quddiem
Wied il-GħajnKnisja ParrokkjaliQrar u Velja: 7:30pm-9:30pm

Aktar dettalji dwar ċelebrazzjonijiet marbuta mar-Randan u l-Għid jinkisbu minn fuq randan.knisja.mt

Minn Luke Vella

Sors: Newsbook Malta