Ġesù qiegħed fit-tempju, u jitkellem fuq tempju ieħor. L-Evanġelju stess jispjegalna li kien qed jitkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu. Jgħidilhom: “Ħottu dan it-tempju u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu” (Ġw 2:19).

Hekk kien jiġri mill-kapijiet u l-awtoritajiet politiċi ta’ dak iż-żmien – min minħabba l-għira u min minħabba l-biża’ li jiddeċiedu li jeliminawh – iħottu t-tempju li kien il-ġisem għażiż tiegħu. Il-Missier b’risposta għall-vjolenza tagħhom lil ibnu jqajmu mill-imwiet: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.”

Qegħdin f’tempju sabiħ, il-Konkatidral ta’ San Ġwann, li nbena bħala l-knisja konventwali tal-Ordni ta’ San Ġwann u li ġie kkonsagrat fi żmienu. Is-slaleb li hemm mal-pilastri jixhdu li din il-binja hija ddedikata totalment lil Alla. Qegħdin infakkru f’binja oħra llum il-konsagrazzjoni tal-katidral ta’ Ruma, il-Bażilika tal-Lateran ta’ San Giovanni Laterano, li huwa s-sede tal-Katidral tal-Isqof ta’ Ruma, tal-Papa. Fil-knisja kollha waqt li aħna nġeddu l-fedelta’ u l-għaqda tagħna mal-isqof ta’ Ruma – il-Papa Ljun XIV. Infakkru wkoll f’tant dimensjonijiet li jgħaqqdu wkoll u jagħtu sinifikat din is-sena lit-tifkira ta’ dawk kollha li ħallewna fil-gwerer b’mod speċjali fl-Ewwel Gwerra Dinjija, fit-Tieni Gwerra Dinjija imma kif antiċipajt fil-bidu, nixtieq li nitolbu ħafna wkoll għall-vittmi tal-gwerer tal-lum.

Għaliex meta Ġesù jitkellem fuq it-tempju tal-ġebel, jitkellem ukoll fuq il-persuna umana bħala tempju għażiż u t-tieni qari li smajna bl-Ingliż ifakkarna li aħna lkoll it-tempju ta’ Alla. Dan it-tempju li jista’ jkun distrutt fiżikament bil-vjolenza ta’ ħaddieħor, imma li aħna wkoll nistgħu nkissruh bl-abbuż li nagħmlu bil-libertà li l-Mulej tana.

Illum infakkru tant nies innoċenti li t-tempju tagħhom ta’ ħajjithom, tal-ħolmiet tagħhom ġie distrutt. Ħattewh bi vjolenza, dawk li mingħalihom għandhom il-jedd fuq il-ħajja ta’ ħaddieħor. Illum waqt li nużaw il-kelma Ġerusalemm bħala s-sinjal tal-ideal tagħna, nifhmu li Ġerusalemm tal-art għaddejja minn tensjoni li ilha sejra eluf ta’ snin.

Should humanity continue with this logical violence, arrogance and theft or should we try to convert hearts to a logic of harmony and peace? The innocent victims of ruthless politicians along the ages cry out that we may have a change of heart.

Anke Ġesù tkellem fuq il-qerda tat-tempju ta’ Ġerusalemm li minnu għamel dan id-diskors li hu naddaf mill-kummerċ abbużiv bis-sawt u bil-frosta. Fis-sena 70 wara Kristu, l-eżerċitu Ruman assedja lil Ġerusalemm u qeridha u qered ukoll it-tempju. L-unika biċċa mit-tempju li għad fadal huwa l-ħajt tal-Punent (the Western Wall).

Ġesù waqt li qed jara u jibki l-qerda fuq Ġerusalemm, jantiċipa l-qerda tiegħu nnifsu imma jagħti wkoll sinjal ta’ tama. Aħna qegħdin infakkru tant nies li tħattew it-tempju tal-ġisem tagħhom, tal-imħabba tagħhom. Aħna l-bnedmin ħattejnieh minħabba l-loġika qerrieda tal-gwerra. Illum nistaqsu lilna nfusna: aħna x’qed nagħmlu biex tinqered il-loġika tal-qerda? U fil-qalb tagħna, fis-soċjetà tagħna u fis-soċjetà internazzjonali jkun hemm loġika oħra; il-loġika tal-paċi u tal-ftehim.

I would like to greet the members of the diplomatic corps. Thank you for being with us today as we celebrate Remembrance Sunday and commemorate so many innocent victims of war, of violence. The memorials of the First World War and the Second World War bring us here every year on Poppy Sunday, but we also need to reflect on what humanity is doing today with so many wars waging all over the globe. Should humanity continue with this logical violence, arrogance and theft or should we try to convert hearts to a logic of harmony and peace? The innocent victims of ruthless politicians along the ages cry out that we may have a change of heart.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Qari tal-quddiesa
Qari I: Eżek 47:1-2,8-9,12
Salm: 45:2-3,5-6,8-9
Qari II: 1 Kor 3:9b-11,16-17
L-Evanġelju: Ġw 2:13-23

Aktar ritratti