Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Reuben Gauci u Silvana Cardona tkellmu dwar Spritual Development in Schools fejn matul is-sena jduru diversi skejjel, speċjalment dawk tal-istat u dawk privati, u hemmhekk joffru mumenti ta’ riflessjoni u spazji ta’ talb għall-istudenti u l-edukaturi.
The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 23, 27-32
Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar