-
-
***
Direttur: Tom Harper
Atturi: Phoebe Fox, Jeremy Irvine, Helen McCrory
Ħin: 98 minuti
Klassifika taċ-Ċensura: 12
Klassifika tal-Knisja: 15Waqt il-bombardament ta’ Londra fl-1941 l-awtoritajiet Ingliżi ddeċidew li jevakwaw lit-tfal u jeħduhom fil-kampanja l-bogħod mill-belt. Grupp ta’ tmin t-itfal, inkluż Edward, tifel li għadu kif spiċċa orfni meta bomba waqet fuq id-dar tagħhom u qatlet lil-ġenituri tiegħu u li t-trawma ta’ dan għamlitu mutu, jitilqu bit-train lejn it-tramuntana ta’ l-Ingilterra taħt il-kura ta’ l-għalliema Eve Parkins u l-kap ta’ l-iskola Jean Hogg. Fuq it-train Eve tiltaqa’ ma’ Harry, pilota gustuż li jkun se jiġi stazzjonat qrib Eel Marsh House fejn it-tfal u dawk li qed jieħdu ħsiebhom se jkun alloġġjati. Meta Dr Rhodes iwassalhom f’din id-dar isibu li l-post, għalkemm mhux imkabar għall-aħħar, jidher ċar li hemm il-ħares fih. Hekk kif it-tfal u Jean u Eve jidħlu joqgħodu f’din id-dar jibdew iseħħu ħwejjeġ strambi, ħsejjes li jkexkxu, dehriet tal-waħx, u lemħiet tal-Mara Liebsa l-Iswed, li toqtol wieħed mit-tfal kull darba li xi ħadd jilmaħha. Bl-għajnuna ta’ Harry, Eve tibda tagħmel riċerka dwar il-passat ta’ dik id-dar biex issib xi ħjiel dwar il-Mara Liebsa l-Iswed.
Film tal-biża’, li jkompli fuq l-ewwel film ta’ din is-serje u li ħareġ fl-2012. Il-film iżomm l-udjenza fuq ix-xwiek, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ma’ joffri xejn tassew interessanti imma sempliċement maħsub biex ibeżża’. Il-vjolenza u l-qtil fil-biċċa l-kbira ma’ jintwerewx, imma xorta waħda fih materjal qalil li jhedded lit-tfal u jittormenta lil kbar bl-għar biżgħat tagħhom. Il-film fih xeni ta’ vjolenza u xi dmija, tfal fil-periklu u xi xeni jiddisturbaw. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.