• ***

    Direttur: Paul Tibbit

    Attur: Antonio Banderas

    Ilħna: Bill Fagerbakke, Rodger Bumpass,  Tom Kenny, Eric Bauza, Tom Conway, Eddie Deezen Bob Paulsen u April Stewart

    Ħin tal-film: 92 min      

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: PG

    Spongebob jirritorna lejn Bikini Bottom, il-belt tiegħu fil-qiegħ tal-baħar u hemm mill-ewwel isib ruħhu wiċċ imbwiċċ ma’ kriżi. Il-formula sigrieta għal Krappy Patties, l-iktar platt delizzjuż ġewwa r-restorant fejn  Spongebob kien jaħdem, kienet nsterqet minn xi hadd mhux magħruf.  Din kienet daqqa ta’ ħarta mhux biss għal Mr. Krabs, il-proprejtarju,  iżda wkoll għall-komunita`  kollha li fejn is-soltu tgħix trankwillament, illum saret massa ta’ delinkwenti. Spongebob kif jara din il-qagħda, jifforma alleanza ma’ Plankton li fil-passat xejn ma kien  f’relazzjoni tajba miegħu. Dan għamlu biex jerga’ jakkwista r-riċetta li kienet tant essenzjali għall-komunita`. Spongebob isib ukoll għajnuna kbira minn sħabu ħbieb: Patrick u Sandy. Il-fatt li Plankton minn dejjem xtaq li jkollu l-lista tal-ingredjenti, waqa’ is-suspett fuqu. Iżda Spongebob kien ċert li Plankton kien innoċenti għalkemm id-dubju dejjem baqa’ li, wara kollox, seta’ kien hu.  Spongebob ra kif għamel biex jirsisti fuq il-bżonn li   kulħadd jaħdem flimkien, b’kooperazzjoni mingħajr l-ebda riżerva. Biex il-qagħda tkompli titħawwad daħal fix-xena l-pirata Burger Beard li anke fil-film jagħmila ta’ narratur. Tgħid min kien li seraq din il-formula li tefgħet il-belt ta’ Bikini Bottom f’tant inkwiet?  

    Film animat bi 3D u li wkoll jidħol fix-xena l-uman pirata Burger Beard. Dan jipprovdi ħolqa bejn l-kartun animat u dak li hu reali. Il-film għandu tema pożittiva u juri l-bżonn li jkun hemm għaqda u kooperazzjoni ma’ xulxin biex b’hekk tissolva l-problema.Minħabba li hemm xi ċajt goff,  pastażati u ftit ta’ vjolenza, ikun tajjeb li l-film jarawh it-tfal akkompanjati minn xi adult.