Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, l-għalliem Andrew Borg qal li l-iskola u l-edukaturi jkunu qed jilħqu l-għan tagħhom jekk jiffurmaw bnedmin fl-aqwa tagħhom.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Natalie Abela u Andrew Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 9, 43b-45
Waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar