Nhar il-Ħamis 11 t’Ottubru 2012, fis-7pm, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa laqgħa ta’ talb għall-kleru fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl, ir-Rabat. Ghal din l-okkazjoni kien hemm preżenti n-Nunzju Appostoliku, l-E.T. Mons. Tommaso Caputo, l-Arċisqof Emeritus, Mons. Ġuzeppi Mercieca u l-Isqof Awżiljarju-elett, Mons. Charles J. Scicluna. Matul din iċ-ċelebrazzjoni, b’mod simboliku, l-Arċisqof xegħel id-dawl tal-fidi mill-lampier li jinsab fil-grotta ta’ San Pawl, u li jirrapreżenta l-wasla tal-fidi f’Malta. Wara li saret ċelebrazzjoni tal-Kelma t’ Alla, l-Arċisqof ippreżenta lil kull kappillan musbieħ li inxtegħel mill-lampier tal-grotta. Dan il-musbieħ se ittieħed fil-parroċċi biex ifakkar fir-realta’ tad-dawl tal-fidi.
Fuq il-paġna tal-Facebook The Church in Malta se naġġornawkom kontinwament b’informazzjoni utli kemm fuq is-Sena tal-Fidi kif ukoll fuq l-anniversarju tal-Konċilju.
Click on the photos to enlarge. The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]