-
-
Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015, il-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, iċċelebra Quddiesa flimkien maż-żgħażagħ u pre-adoloxxenti u wara żar iċ-Ċentru Vokazzjonijiet Djoċesani waqt “Open Night” fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
L-Open Night fiċ-Ċentru li nfetaħ riċentament kien jikkonsisti f’filmati fis-sala prinċipali bir-ritratti fejn sar rendikont tal-ħidma taċ-Ċentru maż-żgħażagħ. Kien hemm spazji ta’ talb fejn kemm l-istudenti u l-ġenituri tagħhom kellhom iċ-ċans jipparteċipaw u l-opportunita’ li jirriflettu fuq il-ħajja spiritwali tagħhom. Dan sar fil-parti ta’ fuq taċ-ċentru u madwar il-kappella tal-vokazzjonijiet. Ittellgħu noticeboards attrezzati b’informazzjoni fuq iċ-ċentru u ritratti tal-attivitajiet li jinkludu l-immaġinazzjoni u l-kreattività taż-żagħżagħ li jattendu.
Iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet Djoċesani jorganizza:
• Laqgħat ta’ formazzjoni darba f’xahar għall-istudenti Forms 1 u 2 darba f’xahar u Live-In fis-sajf.
• Live-ins darba f’xahar darba f’kull term għal Forms 3 u 4.
• Formation Weekend għal studenti tal-Form 5 u tas-6th Form darba f’xahar.
• Nicodemus Encounter: laqgħat informali fil-parroċċi għal żgħażagħ il’ fuq minn tmintax-il sena.
• Akkumpanjament personali għal dawk iż-żagħżagħ il-fuq minn tmintax–il sena.
Għal iktar informazzjoni żur il-website taċ-Ċentru fuq il-website www.vokazzjoni.com u l-paġna ta’ Facebook Ċentru Vokazzjonijiet Djoċesani.
-