Waqt iż-żjara ad limina tagħhom fil-Vatikan, iż-żewġ Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex kemm-il darba tkellmu dwar l-evanġelizzazzjoni ġdida li l-Knisja qed tipproponi fi żmienna, “anki fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet li se jsir f’Ottubru li ġej”.
“Il-Knisja tagħna waqqafha Pawlu u fuqha għaddew is-sekli. U allura rridu nerġgħu niskopru mill-ġdid l-Vanġelu u l-Ġesù Kristu,” qal l-Isqof Mario Grech lil IL-ĠENSillum online.
“Naturalment max-xandir tal-Evanġelju, hemm ukoll it-tiġdid ta’ dawk li l-missjoni tagħhom hi li jxandru dan l-Evanġelju: aħna, ir-reliġjużi u l-lajċi. Biex nagħmlu dan għandna bżonn il-mezzi. Fil-laqgħat li kellna mal-Kunsill tal-Mezzi ta’ Komunikazzjoni Soċjali, dawk li tkellimna magħhom kellhom kliem ta’ apprezzament għad-diversi inizjattivi li ħadet il-Knisja lokali f’dan il-qasam, imma dejjem jista’ jsir aktar.”
Kien ilbieraħ li l-Arċisqof ta’ Malta Mons Pawlu Cremona OP u l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech irritornaw lura Malta minn Ruma wara ż-żjara ad limina ta’ ġimgħa sħiħa li kellhom fil-Vatikan.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com