Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Dr Yana Psaila qalet li l-bniedem huwa mgħobbi bil-piż li jrid ikun bħal ħaddieħor u din il-ħaġa qed ittellfu milli jkun jaf u jaħseb dwaru nnifsu.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Anthony Fitzpatrick u Dr Yana Psaila. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 13, 22-30
Kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu: “Mulej, iftħilna!”. Iżda hu jweġibkom u jgħid: “Ma nafx mnejn intom”. Imbagħad taqbdu tgħidulu: “Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna”. Hu jwieġeb u jgħidilkom: “Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar