• The Love Punch

  • ***

    Direttur:        Joel Hopkins
    Atturi:            Emma Thompson, Pierce Brosnan, Timothy Spall, Celia Imrie
    Ħin:                95 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Kate u Richard Jones huma koppja Ingliżi ddivorzjati wara li Richard kien telaq lil Kate biex  imur ma’ mara aktar żgħażugħa. Finanzjarjament ikunu sejrin tajjeb għax il-kumpanija ta’ investiment li kellu Richard tkun sejra tajba, sakemm negozjant Franċiż bla skruplu, Vincent Gruber, jisilħilhom flushom kollha, kemm tagħhom personali, ta’ l-impjegati u tal-klijenti. Kate u Richard jiddeċiedu li jingħaqdu flimkien biex, bl-għajnuna ta’ koppja ħbieb tagħhom, Jerry u Penelope,  ipattuha lil Franċiż. Għalhekk imorru l-French Riviera fejn ikun qed isir it-tieġ tal-Vincent mal-maħbuba tiegħu. Biex jidħlu għat-tieġ jagħmluha ta’ żewġ koppji minn Texas. Waqt it-tieġ imorru bil-moħbi fil-kamra tas-sodda ta’ l-għarusa bil-għan li jisirqulha ġiżirana tad-djamanti li tiswa’ 10 miljun lira sterlina.
     
    Film kummiedja b’atturi stabiliti li jaffrontaw sitwazzjonijiet komiċi b’abilta’ kbira. Fih ġrajjiet li ma’ jitwemnux imma li wieħed jagħlaq għajnejh għalihom fl-isfond tal-komiċita’ ta’ l-istorja. Il-film jagħti messaġġ pożittiv dwar l-għaqda taż-żwieġ. Fih xi kliem u xeni imbarazzanti. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.