-
Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei f’Malta
-
Wasal Malta l-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei għall-Missjoni Marjana bejn it-22 u d-29 ta’ Settembru. Din ser tkun immexxija minn saċerdoti Taljani mis-Santwarju f’Pompei, l-Italja.
Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pompei ġie nkurunat mill-Papa Pawlu VI fil-Bażilika ta’ San Pietru, l-Vatikan, fit-23 ta’ April 1965. Fis-sena 2002, il-kwadru reġa ttieħed fi Pjazza San Pietru fuq talba tal-Beatu Ġwanni Pawlu II. Fis-16 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena, quddiem din ix-xbieha, il-Papa Ġwanni Pawlu II ffirma l-Ittra Appostolika dwar ir-rużarju “Rosarium Virginis Mariae”.
Ta’ kull sena, fit-13 ta’ Novembru, fis-Santwarju ta’ Pompei, dan il-kwadru jitniżżel minn postu biex il-pellegrini jagħtuh qima billi jbusu din ix-xbieha qaddisa ta’ Marija. Saret wkoll kopja awtentika ta’ dan il-kwadru li ddur ħafna bliet fl-Italja u ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Huma ħafna dawk li qalgħu grazzji kbar meta talbu b’qalb miftuħa għar-rieda ta’ Alla, quddiem din ix-xbieha ta’ Marija.
Biex tara l-programm tal-Missjoni Marjana agħfas hawn.