• ****

    Direttur: Philippe Falardeau

    Atturi: Arnold Oceng, Ger Duany, Emmanuel Jal, Kuoth Wiel, Reese Witherspoon

    Ħin: 110 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Fis-snin 80 seħħet it-tieni gwerra ċivili tas-Sudan li matulha is-suldati tal-gvern sudaniż wettqu bosta atroċitajiet fuq il-populazzjoni indiġena tas-Sudan t’Isfel, li ħafna minnhom, inklużi bosta tfal, kellhom jaħarbu minn djarhom u jfittxu kenn f’xi kamp tar-refuġjati. Xi wħud minn dawn it-tfal, imsejħin “it-tfal mitlufin tas-Sudan”, fl-2001 ittieħdu l-Istati Uniti biex jibdew ħajja ġdida hemmhekk. Erba’ minn dawn it-tfal huma Mamere, Abital, Jeremiah, u Paul. Tnejn minnhom biss huma aħwa, Mamere u oħtu Abital. Minħabba li Abital hija tifla, il-liġijiet ta’ l-immigrazzjoni ma ħallewhiex tmur Kansas City ma’ ħuha u ż-żewġ subien l-oħra; minflok intbgħatet tgħix ma’ familja f’Boston. It-tlett subien jadattaw ruħhom għal-ħajja f’Kansas City u jfittxu l-għajnuna ta’ żewġ kunsilliera tax-xogħol Amerikani, Carrie u Jack, biex Abital tingħaqad magħhom.

    Film drammatiku dwar ġrajja li seħħet tassew. Film interessanti, iżda l-atroċitajiet li seħħew waqt il-gwerra tas-Sudan u li jservu bħala l-isfond ta’ l-istorja, f’dan il-film huma murijin neqsin mill-ħruxija qawwija tagħhom u għalhekk jitilfu xi ftit mill-impatt tagħhom. Il-film fih xeni ta’ vjolenza u  kliem ħażin. It-tfal sa 12 il-sena ghandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.