• ****

      Direttur: Rupert Wyatt
      Atturi: Mark Wahlberg, Brie Larson, Jessica Lange, John Goodman
      Ħin: 111 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

       
      Jim Bennett huwa professur tal-letteratura Ingliża f’universita’ fejn il-lectures tiegħu huma mimlijin passjoni. Fil-biċċa l-kbira l-istudenti tiegħu qedin hemm biex jgħaddu mis-suġġetti meħtieġa u jimxu ‘l quddiem f’xi qasam ieħor. Imma hemm ftit studenti li huma tassew interessati fis-suġġett li huwa jgħallem, bħal Amy Phillips li Jim jgħid li hi l-aħjar waħda fil-klassi, qabel ma’ jibda relazzjoni kważi romantika magħha. Il-ħin liberu tiegħu Jim jgħaddih jilgħab għal-flus fejn jitlef flus kbar u jitgħabba b’dejn kbir, kemm ma’ Mister Lee li jmexxi casino bil-moħbi, u kemm ma’ Neville li jsellef il-flus mill-idejn. Ommu Roberta hija mara sinjura imma qajla trid li ssosstni l-vizzju ta’ binha, sakemm tinduna li jekk ma’ tagħtihx flus se jispiċċa ħażin. Hija tagħtih kwart ta’ miljun dollari li Jim jaħraqhom f’lejl wieħed. Jim imbagħad idur  lejn il-gangster Frank biex isellfu l-flus. Għalkemm Frank huwa aktar bla ħniena mill-kredituri l-oħra li għandu Jim, huwa jispiċċa biex jieħu interess fil-qagħada miżerabbli ta’ Jim u jagħtih pariri siewja.
       
      Film thriller, verżjoni ġdida tal-film oriġinali li ħareġ fl-1974, dwar il-vizzju tal-logħob. Huwa film maħdum tajjeb u b’atturi li jagħtu l-parti tagħhom b’mod solidu. Il-film juri li għalkemm Jim huwa konxju mit-triq ħażina li qiegħed fiha mhux faċli għalih li jaqta’ l-vizzju tal-logħob. Fih xi xeni ta’ vjolenza u ta’ nudiżmu, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.