Fil-jiem li ġej se ssir it-tnedija ta’ żewġ kotba minn Dun Frans Bonnici dwar  il-formazzjoni tal-Kleru Malti fis-snin imgħoddija. Għall-ktieb The Academic Formation  of Maltese Priests in the University of Malta 1838-1938 saret riċerka fil-Librerija  Nazzjonali, fil-Melitensia tal-Università ta’ Malta u fl-Arkivju Nazzjonali.  

Għal Seminarium Puerorum: The Seminary of the Diocese of Malta 1703-1803, saret  riċerka fid-dokumentazzjoni li hemm fl-Arkivju tal-Kurja tal-Arċisqof, is-Seminarju,  il-Kapitlu tal-Katidral u l-Arkivju Apostoliku tal-Vatikan.  

Dawn ir-riċerki juru kif il-formazzjoni fis-Seminarju u fl-Università ta’ Malta wasslet biex  is-saċerdoti Maltin jaqdu l-ministeru pastorali fid-Djoċesi ta’ Malta. L-eżempju ta’ dawn  is-saċerdoti jista’ jservi, bl-għajnuna t’Alla, biex iwassal lill-adolexxenti, iż-żgħażagħ u  l-adulti tal-Knisja Kattolika f’Malta jiddixernu s-sejħa li Alla qed jagħmlilhom illum.  

It-tnedija ta’ dawn iż-żewġ kotba se ssir nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru 2025, fil-Kurja  tal-Arċisqof, il-Furjana fis-6pm. Kulħadd mistieden jattendi.  

Kull ktieb jiswa €15 u jista’ jinxtara billi jibgħat fuq [email protected] jew iċempel  fuq 79994653.