-
-
It-Tnejn, 9 ta’ Frar 2015, fil-festa ta’ San Pawl Nawfragu ġiet iċċelebrata mill-komunita’ Maltija f’Ruma. L-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma ħadet ħsieb tpoġġi l-bnadar ta’ Malta u tal-UE, fil-Knisja ta’ San Lorenzo in Damaso fejn il-Kardinal Prospero Grech ċċelebra l-Quddiesa flimkien ma’ tletin qassis u patri Malti u madwar 70 lajk Malti li joqogħdu f’Ruma.
Il-Kardinal Grech waqt l-omelija saħaq li kollox jiddependi mill-Insara sabiex jibqgħu jħaddnu l-Fidi Nisranija tagħna fost ambjent ta’ Nsara li qegħdin imorru kontra l-prinċipji tagħhom u b’hekk qegħdin iħabbtu lill-Ewropa. Fir-riċeviment li offriet l-Ambaxxata Maltija kien hemm ikel Malti u nħasset l-għaqda u solidarjetà fost il-komunita’ Maltija f’Ruma.