Għada l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2023, fis-6pm, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jiċċelebra quddiesa fil-Festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina. Waqt il-quddiesa seminarist se jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat.
Il-Ħamis, 2 ta’ Novembru, fid-9:30am, fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha, se ssir quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena fiċ-Ċimiterju ta’ Ħaż-Żabbar, li se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. L-Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall-erwieħ kollha li marru qabilna bis-sinjal tal-fidi u bit-tama tal-qawmien mill-imwiet, biex bil-ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub.
L-Insara kollha huma mħeġġa jattendu għall-quddies u jitolbu wkoll għall-għeżież mejtin tagħhom.