• ***

    Direttur: Tom McCarthy

    Atturi: Adam Sandler, Steve Buscemi, Melonie Diaz

    Ħin: 99 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Max huwa l-aħħar wieħed minn linja twila ta’ skarpani fi New York. Max ma tantx hu għal qalbu fix-xogħol tiegħu. Għalkemm għandu ‘l  fuq minn 40 sena huwa għadu jgħix ma’ ommu; missierhu  abbandunhom snin ilu. L-uniku ħabib ta’ Max huwa l-barbier li joqgħod ħdejh u li jħeġġu biex jistieden lil Carmen, attivista li qedha tipprova twaqqaf żviluppatur, biex toħroġ miegħu. Jiġri li Max jiskopri li magna antika  tal-ħjata li jkun hemm fil-kantina tagħti liż-żraben li jsewwi biha poteri speċjali: meta huwa jilbes dawn iż-żraben jinbidel fis-sid ta’ dawk iż-żraben. Għalhekk hu jibda juża din is-seta’ biex jibdel ħajtu, u jispiċċa jgħmel xi praspar koroh u baxxi kif ukoll vjolenti.

    Film kummiedja. Minflok ma’ jiżviluppa t-tema ċentrali dwar kif wieħed jiskopri r-rwol tiegħu fil-ħajja, il-film jagħti l-messaġġ li jekk int kapaċi tagħmel xi delitt mingħajr ma tinqabad, għamlu. Huwa film superfiċjali bi plot u script fqar. Fih xeni u kliem dwar sesswalita’, kliem ħażin, u xeni ta’ vjolenza.Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.