F’temp ta’ tlett xhur l-Knisja f’Malta fetħet tlett skejjel ġodda. Bħalissa għaddej il-bini tar-raba’ waħda.
Fit-22 ta’ Settembru li għadda l-iskola tas-Soċjetà tal-MUSEUM, is-St Michael School, li tinsab f’Santa Venera, inawgurat sular ġdid biex tkun tista’ tilqa’ fiha aktar studenti.
Fil-bidu t’Ottubru l-iskola Primarja tas-Seminarju ta’ Malta laqgħet l-ewwel studenti tagħha. L-iskola nbniet b’investiment ta’ €8 miljun. Barra l-bini ta’ din l-iskola Primarja ġdida, is-Seminarju estenda wkoll l-iskola Sekondarja, b’żieda ta’ bini ġdid li diġà qed jintuża.
Din il-ġimgħa mbagħad kienet inawgurata wkoll uffiċjalment l-iskola Primarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl li qiegħed fir-Rabat, waqt li l-Kulleġġ Santu Wistin tal-Pietà għadu qed jistenna l-permessi tal-MEPA biex tinbena skola Primarja ġdida.
Din il-ġimgħa wkoll il-Knisja qalet li minn Ottubru li ġej se tkun qed toffri kważi 1,800 post ġdid għat-tfal subien u bniet fl-iskejjel tagħha.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com