L-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lis-saċerdoti djoċesani u reliġjużi għal laqgħa dwar il-Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Laetitia (Il-Ferħ tal-Imħabba). Il-laqgħa bdiet b’introduzzjoni minn Fr Arthur Vella S.J. dwar id-dixxerniment spiritwali, u kompliet b’diskors li fih l-Arċisqof spjega l-linji gwida għas-saċerdoti, li huma bbażati fuq l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia. Wara kien hemm ukoll ħin ta’ mistoqsijiet mis-saċerdoti. Il-laqgħa saret it-Tlieta, 14 ta’ Frar 2017, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.