-
L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ l-għalliema u LSAs ġodda fl-iskejjel tal-Knisja
-
Nhar l-Erbgha 18 ta’ Settembru, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ ma’ l-ghalliema u LSAs li ser jibdew jahdmu fi skola tal-Knisja fis-sena akkademika li tibda dan ix-xahar.
L-Arcisqof, fil-prezenza ta’ Dr Rose Anne Cuschieri, Direttur ghas-Servizzi fl-Edukazzjoni fis-Segretarjat ghall-Edukazzjoni Nisranija, rringrazzja lill-edukaturi kollha ghar-responsabilità li qed jiehdu. Huwa enfasizza li l-edukaturi fl-iskejjel tal-Knisja jridu jwasslu t-taghlim ta’ Kristu u ghalhekk ir-responsabilità taghhom tizdied. Stqarr li l-mira tal-edukaturi trid tkun li jghinu u jappoggjaw lill-istudenti billi juruhom imhabba, ikollhom pacenzja u joffru appogg.
L-Arcisqof semma l-importanza li l-edukaturi ghandhom jaghtu lil dawk li jkunu qed ibatu fis-silenzju. Qal li huwa facli li wiehed jinjora l-bzonnijiet tal-individwi li ma jistaqsux meta jkunu fil-bzonn izda, qal, huma dawn il-persuni li l-aktar jridu appogg u ghajnuna. L-Arcisqof temm jghid li l-iskejjel tal-Knisja joffru ambjent ghall-formazzjoni tat-tfal u z-zghazagh li huwa fost l-aqwa fil-pajjiz.
Il-laqhha saret fil-Kullegg Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat.
Ritratti: Photocity
-