• Nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru 2014, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P inawgura is-sena pastorali taċ-Ċentru ta’ Vokazzjonijiet Djoċesani, fis-Seminarju tal-Virtù. Madwar mitt persuna, bejn pre-adoloxxenti, adoloxxenti u żgħażagħ, attendew għal ċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., fil-kappella tas-Seminarju. Matul din iċ-ċelebrazzjoni saret ir-reġistrazzjoni fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet fejn hemmhekk l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ wiegħdu li jkomplu jipparteċipaw għal-laqgħat u l-weekends li jsiru kull xahar. Din il-quddiesa saret ukoll b’ ringrazzjament għas-servizz ta’ Dun Michael Bellizzi bħala direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet tul dawn l-aħħar għaxar snin. Fi tmiem il-Quddiesa, l-Arċisqof ippreżenta lid-direttur il-ġdid, Dun Charlon Muscat.

    Il-ħidma vokazzjonali toffri spazju fejn wieħed isib post ta’ silenzju biex jiskopri lil Alla. Huwa f’dan l-ambjent fejn persuna tiskopri l-ġmiel t’Alla u tagħraf kemm hi tassew prezzjuża quddiem Alla. Dan l-ambjent jgħin biex bħala komunità, iż-żgħazagħ jirriflettu fuq il-mistoqsijiet prinċipali tal-ħajja.

    Informazzjoni dwar iċ-Ċentru tal-Vokazzjonjiet
    Matul is-sajf

    • Jsiru live-ins għall-istudenti subien minn 11 sa 18-il sena

    Fix-xitwa

    • Laqgħat ta’ formazzjoni darba kull xhar għal istudenti tal-Form 1 u Form 2
    • Live-ins darba kull term għal Form 3 u 4
    • Formation Weekend għal istudenti l-form 5 u tas-6th Form darba fix-xahar
    • Akkumpanjament personali għal dawk iż-żgħażagħ il-fuq minn 18-il sena

    Għal aktar informazzjoni dwar iċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, wieħed jista’ jċempel lil Dun Charlon Muscat fuq 21450354, 79964557 jew email: [email protected]

  • Ritratti: Photocity
    www.photocitymalta.com