-
-
Parish Priest for Mtarfa Parish
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Lino Azzopardi bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa.
Dun Lino Azzopardi twieled fid‑9 ta’ Frar 1973. Huwa rċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Mikiel Anton Vassalli, Ħal Qormi, u beda l‑edukazzjoni terzjarja fit‑Technical Insitute, Raħal Ġdid. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija, u kiseb liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Università ta’ Malta.
Dun Lino ġie ordnat saċerdot fit‑28 ta’ Lulju 2002. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi, u wara bħala viċi‑kappillan fil‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn. Fl‑2007 beda jservi bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara.
Il‑parroċċa tal‑Imtarfa tiġbor fiha madwar 2,300 persuna f’730 familja.
-
-
-
-
Parish Priest for Manikata Parish
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Denis Schembri bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Manikata.
Dun Denis twieled fid-19 ta’ Awwissu 1951. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fil‑Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u fit-Teoloġija, fl‑Università ta’ Malta.
Dun Denis ġie ordnat saċerdot fl‑1979 u nħatar viċi‑kappillan fil‑Parroċċa tal‑Isla. Huwa serva wkoll bħala viċi‑kappillan fil‑Parroċċa ta’ Ħaż‑Żabbar u bħala rettur tal‑Knisja tal‑Ibraġġ u tal-Knisja ta’ Pembroke. Fl‑1992 beda jservi bħala kappillan f’Turin l‑Italja. Lura Malta, f’Settembru 2012, huwa nħatar kappillan tal‑Parroċċa tal-Imtarfa.
Il‑parroċċa tal‑Manikata tiġbor fiha madwar 720 persuna f’200 familja.
-
-
-
-
Archpriest for Mosta Parish
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Sebastian Caruana bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ Santa Marija, il‑Mosta.
Dun Sebastian Caruana twieled fit‑23 ta’ Diċembru 1970. Huwa rċieva l‑edukazzjoni fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi u dik sekondarja f’St Elias College, fil-Kulleġġ Santu Wistin u fil‑Higher Secondary. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija, fl‑Università ta’ Malta.
Dun Sebastian ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 1997. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi‑kappillan fil‑Parroċċa ta’ Ħaż‑Żebbuġ. Fl‑1999 mar l‑Albanija biex jagħmel ħidma missjunarja. Lura Malta, f’Jannar 2002 beda jagħti servizz bħala viċi‑kappillan fil‑Parroċċa ta’ Ħaż‑Żabbar u f’Diċembru ta’ dik is-sena sar kappillan tal‑istess parroċċa.
Il‑Parroċċa tal‑Mosta tiġbor fiha madwar 19,000 persuna f’6,300 familja.
-
-
-
-
Parish Priest for Holy Trinity Parish, Marsa
L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Patri Carmelo Aquilina O.F.M. Cap. bħala kappillan tal‑Parroċċa tat‑Trinità Qaddisa, il‑Marsa.
Patri Carmelo twieled fis‑6 ta’ Settembru 1967. Huwa rċieva l‑edukazzjoni fl‑Iskola Primarja tas‑Siġġiewi, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, u kompla jistudja fl‑Iskola tas‑Snajja u f’Umberto Colosso. Kompla l‑istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija, fl‑Università ta’ Malta, u fl‑Istituto Teologico San Pietro, f’Viterbo, l‑Italja. Huwa kiseb liċenzjat mill-Università ta’ Malta u studja wkoll fil‑Franciscan International Study Centre, f’Canterbury, l-Ingilterra.
Patri Carmelo ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2011. L‑ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet maż‑żgħażagħ fiż‑żona pastorali tal‑Mensija, San Ġwann. Patri Carmelo jgħin fil‑proġett Karibu! Malta li jagħmel xogħol missjunarju fil‑Kenja. Fil‑preżent, Patri Carmelo huwa ċ‑chairperson tal-Fondazzjoni Suret il‑Bniedem.
Il‑parroċċa tat‑Trinità Qaddisa, il‑Marsa, tiġbor fiha madwar 2,600 persuna f’1,100 familja.
-
-