-
-
***
Direttur: Lee Toland KriegerAtturi: Blake Lively, Michiel Huisman, Harrison FordĦin: 112 minutiKlassifika taċ-Ċensura: 12A
Klassifika tal-Knisja: 12AFis-snin 30 f’San Francisco, Adaline Bowman, ta’ 29 sena u armla, kellha inċident tat-traffiku u għal ftit tal-ħin mietet. Iżda minħabba ċ-ċirkostanzi partikulari li fihom seħħ l-inċident, waqt tempesta b’ħafna sajjetti, Adaline reġgħet mhux biss ħadet il-ħajja imma wkoll saret ma tixjieħ qatt. Minkejja li kienet tat-tajjeb, għal kważi tmenin sena hija għexet ħajja solitarja, bla ma tintrabat ma ħadd u ma tħalli l-ħadd jersaq viċin ħafna tagħha, li ma jmurx isir magħruf is-sigriet tagħha biċ-ċans li mbagħad joqgħodu jesperimentaw fuqha. Iżda issa Adaline tiltaqa’ b’kumbinazzjoni ma Ellis Jones u mingħajr ma’ trid tħossha tinġibed lejh. Din il-ħaġa togħġob lil bintha Flemming, issa anzjana. Iżda komplikazzjonijiet mill-imgħoddi jheddu li jtellfu lil Adaline milli tkompli bir-relazzjoni tagħha ma Jones, minħabba li dan kellu konnessjoni ma’ William li kellu grazzja magħha fis-snin 60.Film drammatiku u romantiku. Il-premessa li fuqha hi mibnija l-istorja, li l-protagonista saret ma’ tixjieħx, ma titwemminx. L-andament tal-film hu kajman, u l-protagonista, Blake Lively, hi bla ħeġġa. Fih xi kontenut sesswali u xi xeni qawwija ta’ l-inċident. Tfal sa 12 il-sena għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.