-
-
-
Nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Jannar 2019, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico, ser jiċċelebra l-20 anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Mons. D’Errico ġie ordnat Isqof minn San Ġwann Pawlu II fis-6 ta’ Jannar 1999, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan.
Għal din l-okkażjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla, nhar il-Ħadd li ġej in-Nunzju Appostoliku ser iqaddes Quddiesa fil-11:00 a.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Insara huma mistiedna jingħaqdu man-Nunzju għal din iċ-ċelebrazzjoni biex flimkien jirringrazzjaw lil Alla għall-episkopat tiegħu u għall-missjoni tiegħu f’Malta.
-