Tag Archives: .home2

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in January 2019

  • It‑Tlieta l-1 ta’ Jannar 2019, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq Radju RTK u TVM.

    Is‑Sibt 5 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu matul l‑2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Read more »

The launch of the third volume of ‘Kelma ta’ Ħabib’

Id-diskorsi tal-Arċisqof matul is-sena liturġika 2016-2017

  • Id-dritt tal-ħajja u d-dinjità tal-persuna, il-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni, il-faqar u s-solidarjetà huma wħud mit-temi li l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwarhom fl-omeliji u l-messaġġi tiegħu matul it-tielet sena tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta. Dawn ġew ippubblikati mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fit-tielet edizzjoni tal-ktieb ‘Kelma ta’ Ħabib’.

    Il-ktieb ta’ 750 paġna fih 170 diskors tal-Arċisqof kif ukoll 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu matul diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra fis-sena liturġika 2016 – 2017…

  • Read more »

Exchanging Christmas and New Year’s greetings

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona ser jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fit-3:00 p.m.

    L-Isqfijiet qed jistiednu wkoll lill-pubbliku għal bdil tal-awguri tal-istaġun, nhar il-Ħadd, 23 ta’ Diċembru, bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana…

  • Read more »

Schools obliged to maximise teachers’ working load

Statement by the Secretariat for Catholic Education and Stella Maris College


  • The Secretariat for Catholic Education acknowledges the situation that schools are facing in terms of human resources. Schools have to adhere to new requirements set in the Collective Agreement whilst having been obliged by the Education Authorities to maximise the number of lessons teachers are assigned. This issue is presently being discussed with MUT.

    In the case of Stella Maris College, referred to earlier today by the UPE, the College wishes to clarify that only three teachers have been assigned one lesson over and above the agreed working load…

  • Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in December 2018

  • Is-Sibt l-1 ta’ Diċembru, fil-5:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, f’għeluq il-150 anniversarju tas-Sorijiet tal-Karità f’Malta. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il-Ħadd 2 ta’ Diċembru, fl-4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    Is-Sibt 8 ta’ Diċembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun George Schembri bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa Santa Marija, l-Imġarr…

  • Read more »

Eco-friendly initiatives taken by the Archdiocese of Malta

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tkompli tinvesti f’enerġija nadifa u timplimenta  inizjattivi favur l‑ambjent. Fil-preżent qed tiġi installata sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fuq il‑bini tal‑Kurja tal‑Arċiqsof, il‑Furjana. Madwar 40 entità oħra tal‑Knisja f’Malta, fosthom għadd ta’ parroċċi u djar għall‑anzjani, diġà qed jagħmlu użu minn enerġija ġġenerata mill-pannelli fotovoltajċi.

    Matul l‑aħħar ġimgħat, fil‑kmamar u fl‑uffiċċji tal‑Kurja twaħħlu bozoz energy saving, qed isir użu aħjar mid‑dawl naturali u nbidlu monitors u kompjuters għal oħrajn li jużaw inqas enerġija…

  • Read more »

Church Schools Entry 2019

More than 1,450 vacant places in Church Schools

  • Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2019 ‑ 2020 ġew ippubblikati fuq il-paġna tal-iskejjel tal-Knisja fuq il‑websajt tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. B’kollox ser ikun hemm 1,457 post vakanti għall-istudenti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru onlajn jew f’xi wħud mill‑iskejjel tal‑Knisja kif indikat fir‑regolamenti. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2018, l‑applikanti l‑oħra f’Jannar u Frar 2019.

    L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal‑Knisja, tfal tal‑impjegati, aħwa li jistgħu jinkitbu fl‑istess skola ta’ ħuthom u tfal li qegħdin fi skejjel tal‑Knisja bla kontinwità…

  • Read more »

Diocesan celebration on the feast of Christ the King

  • Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

    Din tibda fil-5:00p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn tingħad it-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, Mons…

  • Read more »

Diocesan Assembly 2018

15-il sena mis-Sinodu Djoċesan

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il‑Ħamis 22 u l‑Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018. L‑Assemblea ser issir fil‑Katekumenju, il‑Mosta, fejn kien sar is‑Sinodu Djoċesan.

    L‑Arċisqof ried li matul din l‑Assemblea, 15‑il sena minn tmiem is‑Sinodu Djoċesan, issir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu li sar bejn l‑1999 u l‑2003. Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja ser tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…

  • Read more »

New parish centre inaugurated in Balzan

An art exhibition by 15 artists living in Balzan

  • L‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi inawgura ċ‑ċentru parrokkjali l‑ġdid tal‑parroċċa ta’ Ħal Balzan, kif ukoll wirja kollettiva ta’ arti fl‑istess ċentru minn 15‑il artist li joqogħdu Ħal Balzan.

    L‑Isqof Galea‑Curmi bierek il‑post u faħħar il‑ħidma u d‑dedikazzjoni ta’ kull min ħadem biex dan il‑proġett iseħħ, speċjalment ħidmet Mons. Karm Farrugia, il‑kappillan tal‑parroċċa tal‑Annunzjata (Ħal Balzan). L-Isqof qal li l‑Papa Franġisku, fl‑eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium, jitkellem dwar kif fil‑proċess ta’ evanġelizzazzjoni, l‑arti għanda rwol importanti li tesprimi s‑sbuħija li tfakkarna fis‑sbuħija ta’ Alla u b’hekk tressaqna lejn dak li hu s‑sabiħ fil‑milja tiegħu, jiġifieri Ġesù Kristu…

  • Read more »