Tag Archives: .home2

Liturgical Celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in May 2019

  • Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2019, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jbierek il-Kurċifiss Ta’ Ġieżu, fil-Knisja ta’ Santa Marija Ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.

    Il-Ħadd 5 ta’ Mejju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‐festa ta’ San Publiju, il‐Furjana. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lil Dun Joseph Grech bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Ħ’Attard…

  • Read more »

A Living Church

Statmement by the Doctrine Commission

  • Il‑Kummissjoni Dottrinali tal‑Konferenza Episkopali Maltija tixtieq tintroduċi ruħha lill‑Insara ta’ Malta u Għawdex, u lil kull bniedem ta’ rieda tajba.

    Il‑Kummissjoni tgħin lill‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex biex ixandru u jħarsu tajjeb it‑tagħlim ġenwin tal‑fidi Kattolika. Il‑Kummissjoni ġġib ’il quddiem ir‑riflessjoni teoloġika fil‑gżejjer tagħna. Għal dan il‑għan, hija tikkollabora ma’ istituzzjonijiet akkademiċi lokali u barranin, u ma’ esperti oħra…

  • Read more »

The Archbishop to ordain four new priests

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ erba’ saċerdoti. L‑ordinazzjoni presbiterali ta’ dawn id‑djakni djoċesani ser issir nhar is‑Sibt, 27 ta’ April 2019, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    • Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta
    • Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta
    • Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa
    • Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin

    Kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑ordinazzjoni presbiterali u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall‑qdusija tas‑saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti nhar is‑Sibt li ġej…

  • Read more »

Maltese Bishops congratulate Bishop-elect of Santiago Apóstol de Huancané in Perù

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Mario Grech u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Giovanni Cefai M.S.S.P., għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala l‑ewwel Isqof tal‑Prelatura Territorjali l-ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil‑Perù. Dan it-territorju jifforma parti mill-Arċidjoċesi ta’ Arequipa.

    L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida bħala suċċessur tal-Appostli…

  • Read more »

Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in April 2019

  • Il‑Ħamis 4 ta’ April 2019, fl‑10:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Solenni tal‑Inawgurazzjoni tal‑President George Vella fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 12 ta’ April, Jum id‑Duluri, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jieħu sehem f’purċissjoni bl‑istatwa ta’ Marija Addolorata, li tibda mill‑Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il‑Belt Valletta…

  • Read more »

Lenten season concerts by the choir of the Metropolitan Cathedral

  • The Jubilate Deo Choir, which is the choir of the Metropolitan Cathedral, will be giving two concerts for Passiontide entitled ‘Miserere’. The concerts, directed by Maestro di Cappella Christopher Muscat, will be held at the choir residencies on Friday 5th April at St John’s Co-Cathedral, Valletta, and on Monday 15th April at Naxxar Parish Church.

    These concerts feature sacred music spanning well over seven centuries, from Gregorian chant and Renaissance polyphony to works by contemporary composers…

  • Read more »

Mdina Cathedral to open all night for confession

  • Fil‑lejl ta’ bejn il‑Ġimgħa u s‑Sibt li ġej, 29 u 30 ta’ Marzu 2019, is‑seminaristi flimkien mal‑Kapitlu Metropolitan se jorganizzaw ‘24 siegħa għall‑Mulej’. Il‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina se jkun miftuħ lejl sħiħ u għadd ta’ saċerdoti se jkunu disponibbli għas‑Sagrament tal-Qrar matul din il-velja. Il‑Katidral se jkun miftuħ mill‑Ġimgħa fis‑7:00 p.m. sas‑Sibt fit‑8:00 a.m.

    Huwa l‑Papa Franġisku li nhar il‑Ġimgħa filgħaxija fil‑Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma se jagħti bidu għas‑sitt edizzjoni ta’ ‘24 siegħa għall‑Mulej’…

  • Read more »

50th anniversary of the Presbyteral Ordination of Archbishop Emeritus Paul Cremona

  • L‑Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑50 sena mill‑Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Din ser issir nhar il‑Ħadd 24 ta’ Marzu 2019, fil‑5:30 p.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    F’din il‑Quddiesa ser jikkonċelebra Mons. George Frendo O.P., l‑Arċisqof ta’ Tirana fl‑Albanija, li wkoll qed jiċċelebra l‑50 anniversarju tal‑Ordinazzjoni Presbiterali.

    Is-saċerdoti huma mistiedna biex jikkonċelebraw u l-pubbliku huwa mistieden jieħu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni…

  • Read more »