Tag Archives: .home2

The Archdiocese of Malta congratulates Archbishop-elect Mgr Alfred Xuereb

  • L‑Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill‑Arċisqof-elett, Mons. Alfred Xuereb, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Nunzju Appostoliku fil‑Korea ta’ Isfel. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tingħaqad mad‑Djoċesi ta’ Għawdex fit‑talb għall‑Arċisqof-elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu.

  • Profil ta’ Mons. Alfred Xuereb
  • Mons. Alfred Xuereb twieled il-Belt Victoria, Għawdex, fl-14 ta’ Ottubru 1958. Huwa għamel l-istudji filosofiċi u teoloġiċi tiegħu fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex…

  • Read more »

Applications for Church School entries for ‘Other Applicants’

  • Il‑Bord tad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il‑Kriterju ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja fl‑ewwel sena kindergarten, it‑tieni sena kindergarten, l‑ewwel sena primarja u l‑ewwel sena sekondarja, għas‑sena skolastika 2018‑2019.  Wieħed jista’ japplika onlajn fuq www.knisja.org/applications sa nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, jew imur il‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana jew fl‑iskola St Michael, Santa Venera, nhar il‑Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, bejn id‑9:00 a.m…

  • Read more »

Archbishop Scicluna in Chile to hear testimony in the Barros case

  • The Chilean bishops have released information about the visit of Archbishop Scicluna in Chile, who has been tasked with gathering information concerning the case of Bishop Juan Barros of Osorno.
  • The Chilean Episcopal Conference (Cech), has released some details regarding the presence in Chile, in recent days of Charles Scicluna, archbishop of Malta and President of the College for the examination of appeals (in matters of delicta graviora) for the Ordinary Session of the Congregation for the Doctrine of the Faith…

  • Read more »

Archbishop Scicluna leaves Malta for the mission entrusted to him by Pope Francis

  • Archbishop Charles J. Scicluna will leave Malta today on a mission entrusted to him by His Holiness Pope Francis. The Archbishop will visit New York and Chile for a number of private meetings. Mgr Scicluna will return to Malta on Sunday, 25th February 2018.

    The Communications Office would like to inform the media that the Archbishop is not in a position to give comments or answer questions related to this mission…

  • Read more »

The beginning of Lent and Mass on Ash Wednesday at St John’s Co-Cathedral

  • Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, ser jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied…

  • Read more »

New Archpriests and Parish Priest for Floriana, Ħad-Dingli and Msida Parishes

  • Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Furjana
  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charles Cini bħala l‑Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Publiju, il‑Furjana.

    Dun Charles Cini twieled fl‑10 ta’ Ġunju 1972. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ St Jeanne Antide, il‑Gudja, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, il‑Pietà u dik post‑sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta…

  • Read more »

Liturgical Celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna during February 2018

  • Il‑Ħamis 1 ta’ Frar 2018, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa
    fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Frar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa
    tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej f’Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fil‑Kappella tal‑Monasteru tas‑Sorijiet Klarissi, San Ġiljan.

    Is‑Sibt 3 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa…

  • Read more »

A new Judicial Vicar for the Metropolitan Tribunal of Malta

  • Archbishop Charles J. Scicluna has appointed Rev. Brendan Gatt as the new Judicial Vicar for the Metropolitan Tribunal of the Archdiocese Malta, effective from the 7th January 2018, feast of St Raymond of Peñafort, patron saint of canon lawyers.

    Fr Brendan was born on the 25th March 1978 and received his primary and secondary education at De La Salle College, Cottonera; in September 1997 he entered the Archbishop’s Seminary in Rabat, whilst studying Philosophy and Theology at the University of Malta…

  • Read more »

Malta entrusted to prepare the Week of Prayer for Christian Unity 2020

  • Is‑Santa Sede u l‑Kunsill Ekumeniku tal‑Knejjes f’Ġinevra għażlu lil Malta biex fis‑sena 2020 tkun il‑Kapitali tal‑Ekumeniżmu, bir‑responsabbiltà li tħejji t‑tema u r‑riflessjoni għall‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara.

    Il‑President tal‑Kummissjoni Ekumenika Maltija, Dun Hector Scerri, qal li dan huwa privileġġ kif ukoll responsabbiltà kbira għaliex l‑Insara f’Malta u Għawdex ser jaqsmu l‑esperjenza tal‑vjaġġ ekumeniku tagħhom mhux biss mal‑Ewropa imma mal‑pajjiżi kollha tad‑dinja…

  • Read more »

Death of eight year old girl in Ħaż-Żabbar

Statement by the Emigrants' Commission

  • B’referenza għal rapporti fil‑midja dwar il‑każ ta’ tifla Niġerjana ta’ tmien snin li mietet matul il‑lejl tal‑Ħadd li għadda, il‑Kummissjoni Emigranti tixtieq tiċċara li r‑residenza privata li fiha kienu jgħixu b’mod indipendenti l‑familja Niġerjana kienet mislufa lilhom mis‑Sorijiet Dumnikani fuq talba li saret fl‑2016 mill‑Aġenzija tal‑Gvern għal Ħarsien ta’ Persuni li qed Ifittxu l‑Asil (AWAS). Il‑familja Nigerjana ma kinitx taħt il‑kura ta’ entità tal‑Knisja. 

  • Read more »