Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f’Malta tingħaqad mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ biex turi t-tħassib tagħha dwar dak li ġie rappurtat fil-media, dwar l-attakk vjolenti fuq żewġ tfajliet minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom.
Il-Kummissjoni tikkundanna bla riservi dan l-attakk u kull forma oħra ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, razza, ġeneru, orjentazzjoni sesswali u reliġjon.
Il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li aħna lkoll maħluqin fix-xbieha ta’ Alla u quddiem Alla ma hemmx omosesswali jew eterosesswali. Id-dinjità tal-persuna għandha tibqa dejjem tiġi rrispettata dejjem u kullimkien.