Wara li tħabbret il-mewt ta’ Patri Joseph Cilia OFM Conv, Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar, Patri Arthur Cutajar OFM Conv, bħala Amministratur Parrokkjali u President tal-Kumitat Festa Marija Addolorata, ikkonsulta mal-Komunità tal-Patrijiet, mal-Kumitat tal-Festa Marija Addolorata, Sultana tal-Martri u mas-Soċjetà Mużikali San Pawl, dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa Titulari ta’ Marija Addolorata f’ San Pawl il-Baħar.
Patri Arthur Cutajar u l-entitajiet kollha hawn fuq msemmija waslu għal qbil unanimu li titħassar l-Festa għal din is-sena. Dan jgħodd kemm għaċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja kif ukoll fit-toroq.