Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Matthew Gauci qal li xi kultant ikollna idea żbaljata dwar il-fidi u naħsbu li hija biss xi ħaġa tal-iffissati, tal-qassisin jew tal-qaddisin.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Mario Mangion u Matthew Gauci. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 15:1-8
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.

Source: Newsbook.com.mt