L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla” (Mk 1:14). Dan hu l-mod kif jiftaħ l-Evanġelju tal-lum, skont San Mark, u mal-ewwel l-enfasi hi fuq il-kelma: il-kelma li Ġesù jwassal li hi l-Aħbar it-Tajba. Għalhekk ‘l-Evanġelju’ – kelma li tfisser l-Aħbar it-Tajba.
F’dan il-Ħadd partikolari – it-Tielet Ħadd tas-Sena – il-Papa Franġisku jistedinna nirriflettu b’mod speċjali fuq il-kelma ta’ Alla, li għandha tkun kelma li aħna nisimgħu, li sservi ta’ ispirazzjoni għall-ħajja tagħna, u li aħna nwasslu lill-oħrajn.
Nixtieq insemmi tliet punti mill-Evanġelju tal-lum li għandhom ikunu ta’ għajnuna għall-ħajja tagħna.
Kelma li hi stedina
L-ewwel nett, il-kelma ta’ Alla hi kelma li taslilna bħala stedina li tħallina fil-libertà. Qatt ma hi imposta fuqna. Hi stedina li Alla jagħmlilna. Fl-Evanġelju naraw lil Ġesù li jara tnejn min-nies u jgħidilhom “ejjew warajja” (Mk 1:17). U l-istess jagħmel ma’ tnejn oħra – sejħilhom. Ma ġegħilhomx bilfors imorru warajh. U huma, min-naħa tagħhom, setgħu qalulu “għandna x’nagħmlu”, jew “narawk darb’oħra” jew “grazzi, imma ħa nkomplu naħdmu hawn”. Imma ma għamlux hekk. Aċċettaw l-istedina u marru wara Ġesù. Dan ifakkarna li hi r-responsabbiltà tagħna naċċettawx jew le l-istedina li l-Mulej jagħmlilna.
Kultant jiġri li nħarsu madwarna u naraw kif diversi nies ma jagħtux każ, u ħafna ma jimpurtahomx; u hawn min jitfixkel meta jara hekk. Imma hekk kien jiġri fi żmien Ġesù, hekk baqa’ wara u hekk hu fi żmienna. Għax il-kelma ta’ Alla hi stedina li tħallina fil-libertà. Hemm min jaċċetta u hemm min le. L-importanti, min-naħa tagħna, hi li aħna nkunu fost dawk li naċċettaw din l-istedina tal-Mulej.
Kelma li ġġib il-ħelsien
Il-kelma ta’ Alla tagħmilna ħielsa, tgħinna biex ngħixu tassew bħala wlied ħielsa ta’ Alla. L-Evanġelju jgħid li wara li semgħu l-istedina ta’ Ġesù, dawk it-tnejn min-nies “telqu x-xbiek u marru warajh” (Mk 1:18). U t-tnejn l-oħra ħallew ix-xbiek, lil missierhom u lil-lavranti, u marru wara Ġesù (ara Mk 1:20). Ma ħallew xejn ifixkilhom milli jilqgħu l-istedina li għamel Ġesù, ma ħallew xejn jorbtilhom idejhom.
Issa lilna l-Mulej ħafna drabi ma jsejħilniex biex nitilqu x-xogħol li nkunu qed nagħmlu, jew in-nies li magħhom naħdmu. Imma jsejħilna biex ngħixu l-kelma tiegħu fix-xogħol li qed nagħmlu, proprju f’dak l-ambjent. Inħallu warajna dak li jfixkilna, nitilqu dak li jkun ta’ xkiel, biex nistgħu nimxu tassew warajh. Hemm nindunaw li l-kelma ta’ Alla lilna tagħmilna tassew ħielsa.
Kelma li tgħinna nħaddmu t-talenti tagħna
Il-kelma ta’ Alla hi kelma li tgħinna biex aħna nagħrfu nagħtu sehemna fil-komunità b’imħabba lejh u lejn l-oħrajn. Alla jagħmel użu mit-talenti tagħna. Innutaw x’għamel hawn. L-ewwel żewġ sajjieda, Xmun u Indri, kienu qegħdin “ikalaw ix-xbiek” (Mk 1:16). It-tnejn l-oħra, Ġakbu u Ġwanni, kienu qegħdin “isewwu x-xbiek” (Mk 1:19). Ġesù sejħilhom u qalilhom “nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin” (Mk 1:17).
X’għamel Ġesù? Għenhom biex jużaw it-talenti tagħhom mhux għas-sajd tal-ħut imma għall-bnedmin, biex jibnu l-komunità li hi l-Knisja. Dan billi jużaw l-istess ħidma – għax fil-ħidma tal-Knisja hemm bżonn li “nkalaw ix-xbiek”, biex noħorġu ’l barra kontinwament lejn dawk li għad ma waslitilhomx l-Aħbar it-Tajba; u hemm bżonn ukoll li “insewwu x-xbiek”, jiġiferi li naħdmu għall-fejqan fi ħdan il-komunità, għax hemm tant każijiet ta’ wġigħ u ġerħat li jitolbu l-fejqan. It-tnejn li huma meħtieġa. Fit-tnejn li huma Ġesù uża t-talenti tagħhom b’mod ġdid, fil-missjoni li tahom, biex iqegħduhom għas-servizz tal-komunità u biex jibnu l-komunità.
It-talba tagħna llum hi biex aħna ngħixu tassew b’qalbna miftuħa għall-kelma tiegħu u nwieġbu għaliha b’ġenerożità, u li nagħrfu li hi l-kelma tiegħu li tagħmilna ħielsa, il-kelma tiegħu li ġġib il-paċi u l-ferħ f’qalbna, il-kelma tiegħu li aħna għandna nwasslu wkoll lill-oħrajn.
Lil dawk li se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof
Today we pray especially for those who will receive the Sacrament of Confirmation during this mass. Confirmation means confirming what happened during the celebration of Baptism. I’m sure many of us received baptism when we were still very young. Our parents requested the sacrament of Baptism on our behalf. They wanted to give us the best.
Now it’s you who will today confirm the choice of your parents, and the Holy Spirit will come upon you to help you to be adult Christians, witnessing to Jesus Christ today.
We need the gifts of the Spirit. We need the strength to overcome fear and stand up and be counted, as the Apostles did on Pentecost. Sometimes it happens that we are surrounded by people who don’t follow Jesus, who don’t share his values. This should not make us feel a sense of inferiority. We should be ready to swim against the tide, where necessary, not to let fear be our guide.
The Lord is today asking you to take this commitment to be his witnesses. I would like to underline two important choices in your life. Firstly, to continue growing in your Catholic faith. Remember that you have not learnt it all, you need to seriously be committed to an ongoing formation that will surely be so helpful in your life. Secondly, to participate in Sunday (or Saturday evening) Mass, and to do this every week. As committed Christians, you should take part in the celebration of the Eucharist. In Mass we listen to God’s word, receive the Eucharist and celebrate as God’s family in church.
May God fill you with his Spirit today, and always keep you in his loving care.
✠ Joseph Galea-Curmi
Isqof Awżiljarju