SEJJAĦTLI – fuq Favourite TV nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l- repetizzjoni l-Ġimgħa fit -3.00pm u l-Ħadd fl-10.30am

Tema: Id-Divorzju

Preżentazzjoni: Joyce Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ Fr Rene’ Camilleri, il-mistieden residenti ta’ kull ġimgħa.

Infomazzjoni:  X’jaqbel għall-poplu Malti?  X’inhuma d-diffikultajiet li insibu f’pajjizi oħra fejn hemm id-divorzju.?  Kif taffettwa lit-tfal?  Il-fatt li aħna nsara għandha tagħmel xi differenza meta nigu biex nivvutaw fuq din l-issue tad-divorzju.?  Qed nidħku bina nfusna meta ngħidu li nemmnu fi Kristu imma ma nemmnux f’dak li qal?  Xi tfisser kuxjenza ffurmata?   Iffurmata fuq xiex u minn xiex?

Dan u aktar flimkien mal-mistiedna oħra fl-istudios u ukoll mal-features li Fr Joe Inguanez jikteb apposta għall-programm.

UĊUĦ – Live fuq NET TV nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2011 fid-9.35pm b’repetizzjoni il-ĦADD wara l-aħbarijiet tas-2.00pm.

Tema: l-Annullamenti tal-Knisja

Informazzjoni: Veru li jqumu ħafna flus? Veru li hemm dewmien żejjed?  Veru li min irid u min għandu l-flus jieħdu?  X’tgħid il-liġi Kanonika

dwar l-annullamenti?   It-tribunal ekklesjastiku kif  jiggarantixxi li jekk ikun hemm xi nuqqas f’persuna waħda li tieħu l-annullament, din ma terġax tiżżewweġ lil ħaddieħor?

Feature miktub minn Fr Peter Serracino Inglott, u Alfred Mallia jikteb il-play fejn permezz ta’ atturi, joħloq diskussjoni biex il-programm ikun aktar interessanti u naraw lenti oħra ta’ dak li jkun qed jiġi diskuss.

Preżentazzjoni: Marthese Brincat

Bil-Kelma t-Tajba – fuq ONE TV nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu 2011 fil-5.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-7.30am

Inżuru: Kappella fiz-Zejtun

Informazzjoni: Edward Wright din il-ġimgħa ser jeħodna f’kappella oħra ħelwa ħafna fiż-Żejtun.

Fil-fatt diġa rajna xi kappelli oħra f’dan il-post ta’ storja. Fit-tieni parti Fr Marcello Ghirlando ofm jagħtina spjegazzjoni ta’ l-evanġelju mil-lat storiku.  Illum ser naqraw l-evanġelju meta Ġesu’ tela’ fuq il-muntanja Tabor u ħa miegħu lil Pietru, Ġakbu u Ġwanni, fejn esperjenzaw it-trasfigurazzjoni ta’ Ġesu’. Il-Kappillan taż-Żejtun jispjega it-tifsira ta’ dan l-evanġelju u kif nistgħu ngħixuh illum.

Preżentazzjoni: Edward Wright

GĦAŻLIET – ‘Live’ fuq Education 22 nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu 2011 fid-9.00pm b’repetizzjoni l-Ħadd fl-4.30pm.

Tema: Il- valur tal-Ħajja

Informazzjoni: Min għandu dritt għall-ħajja li tah Alla?  Il-bniedem għandu dritt li meta ma jkunx jiflaħ ibati aktar, iqabbad lill xi ħadd biex joqtlu?  Minn meta l-bniedem jissejjaħ bniedem?  Mill-ġuf jew minn meta jitwieled? Żewġ suġġetti li ser iqanqlu ħafna argumenti.   Xi kultant meta tkun qed titkellem  donnu l-bniedem iħoss li ma jimpurtahx minn dak li Alla jixtieq minnu,  u jippretendi li jwaqqaf u jagħmel dak li jrid, għax jaħseb li hu għandu dritt fuqu nnifsu.  Imma b’deċiżjoni ħażina, x’effett jista’ jħalli fuq l-istess persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni.?  Dan u aktar ma’ Christine Delicata u mal-mistiedna fl-istudios, kif ukoll ma’ l-istorja vera li tikteb Christine u mal-feature li jikteb Fr Louis Mallia mssp.

Prezentazzjoni: Christine Delicata

Sejjaħtli, Uċuħ, Bil-Kelma t-Tajba u Għażliet huma produzzjonijiet ta’ ĊAM Productions international taħt id-direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-programmi tista’ tinstab fis-sit www.camcpi.org